- L-istat ta’ Victoria jħabbar tilqim ta’ bilfors għal ħaddiema awtorizzati
- In-negozji fi NSW se jkomplu jkollhom aċċess għal sapport finanzjarju
- Fi Queensland irreġistrati żewġ każi ġodda lokali
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 1,143 każ lokali ġdid u tlett imwiet.
Il-ħaddiema kollha fuq il-lista ta’ Ħaddiema Awtorizzati se jkunu meħtieġa li jieħdu l-ewwel doża tal-vaċċin tal-COVID sal-15 ta’ Ottubru biex ikomplu jaħdmu fuq il-post. Iridu jkunu mlaqqma kompletament sa tal-anqas is-26 ta’ Novembru.
Mit-Tlieta, 5 ta’ Ottubru, postijiet ta’ kostruzzjoni jistgħu jerġgħu jiftħu b’sa 25 fil-mija tal-kapaċità tal-ħaddiema, imma l-ħaddiema jridu jkunu ħadu tal-anqas l-ewwel doża tat-tilqima tagħhom. L-erja tal-gvern lokali ta’ Moorabool se tidħol f’lockdown ta’ sebat ijiem min-nofsillejl.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 864 każ lokali ġdid u 15-il mewt.
It-Teżorier Dominic Perrottet assigura mill-ġdid lin-negozji eliġibbli li sapport finanzjarju se jkompli sat-30 ta’ Novembru, sakemm jissodisfaw ċerti ħtiġijiet.
Għotjiet se jkomplu jingħataw lin-negozji żgħar – li jdaħħlu anqas minn $75,000 f’perjodu partikulari – imma imnaqqas bin-nofs għal $750 kull ħmistax.
Verżjoni mnaqqsa tal-programm JobSaver se tibqa’ disponibbli wkoll għan-negozji li jkunu tilfu aktar minn 30 fil-mija tal-qligħ tagħhom.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 53 każ lokali ġdid u żewġ imwiet.
Il-Ministru Ewlieni tal-ACT Andrew Barr qal li 40 fil-mija ta’ dawk eliġibbli f’Canberra għadhom m’humiex imlaqqma kompletament, u l-biċċa l-kbira ta’ dawn in-nies għandhom taħt l-40 sena.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Fdalijiet tal-virus instabu f’kampjuni tad-drenaġġ fl-inħawi industrijali ta’ Berrimah, Winnellie u East Arm f’Darwin.

Source: SBS
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: