Aġġornament dwar il-COVID-19: Il-lockdown estiż fl-ACT u l-awtoritajiet tas-saħħa jitolbu lin-nies biex jikkunsidraw jieħdu t-tilqima tal-AstraZeneca

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għal 31 ta’ Awwissu 2021.

The ACT reported 13 new local COVID-19 cases on Tuesday, including at least eight that were infectious in the community.

The ACT reported 13 new local COVID-19 cases on Tuesday, including at least eight that were infectious in the community. Source: AAP Image/Lukas Coch

  • Fi NSW 67 fil-mija tar-residenti ħadu l-ewwel doża tat-tilqima
  • Fil-Victoria hemm aktar minn 1,000 post li kienu esposti għall-COVID-19
  • Il-lockdown fl-ACT estiż sas-17 ta’ Settembru
  • SA tneħħi r-restrizzjonijiet għal dawk li jivvjaġġaw min-NT u Queensland

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 1,164 ġdid lokali. 796 każ kienu fil-punent u fil-lbiċ ta’ Sydney. Tlieta min-nies mietu. 

L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant ħeġġet lir-residenti ta’ Guildford, Merrylands, Auburn, Greenacre, Bankstown u Blacktown biex ikunu ttestjati.

Il-Ministru tas-Saħħa Brad Hazzard jagħti parir lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena biex jieħdu t-tilqima tal-AstraZeneca billi m’hemmx biżżejjed vaċċin tal-Phizer.  

Nhar it-Tnejn tħabbar li raġel Aboriġinu minn Dubbo kien l-ewwel persuna li miet mill-COVID-19 fl-imxija preżenti fil-punent ta’ New South Wales.

Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19   illum.

Victoria
f’Victoria kienu rreġistrati 76 każ lokali ġdid, inklużi 31 li għandhom ma ġewx ikkonnettjati ma’ imxijiet eżistenti. 

Il-Premier Daniel Andrews, li se jħabbar pjan biex jitħaffu r-restrizzjonijiet għada, jgħid li “il-vaċċin it-tajjeb huwa dak li jirnexxielek tikseb,” waqt li ndika li hemm ħafna dożi tal-AstraZeneca.

Issa hemm fuq 1,000 post fuq il-lista ta’ postijiet li kienu esposti għall-virus, inkluż diversi blokki ta’ bini ta’ appartamenti f’Melbourne.

Hawnhekk issib ċentru ta’ tilqim  viċin tiegħek.

Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 13-il-każ lokali ġdid, b’ta’ lanqas 8 kienu infettivi fil-komunità. 

Il-klinika ġdida tat-tilqim tal-massa kontra l-COVID-19 se tiftaħ f’Canberra fl- Australian Institute of Sport Arena nhar il-Ġimgħa, 3 Settembru. Il-lockdown huwa estiż sas-17 ta’ Settembru  b’restrizzjonijiet ġodda mill-5pm tal-Ħamis.    

Iċċekkja l-eliġibilità tiegħek għat-tilqima tal-COVID-19.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • South Australia neħħiet ir-restrizzjonijiet kollha fuq dawk li jivvjaġġaw minn South East Queensland u Katherine fin-Northern Territory.
alc covid mental health
Source: ALC
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory

 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Aġġornament dwar il-COVID-19: Il-lockdown estiż fl-ACT u l-awtoritajiet tas-saħħa jitolbu lin-nies biex jikkunsidraw jieħdu t-tilqima tal-AstraZeneca | SBS Maltese