Covid-19 – l-aħħar aġġornament: L-Awstralja tipposponi l-ftuħ tal-fruntieri mill-ġdid waqt li l-Kabinett Nazzjonali jiltaqa’ biex jiddiskuti l-Omicron

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-30 ta’ Novembru 2021.

Greg Hunt, Karen Andrews and Paul Kelly.

Greg Hunt, Karen Andrews and Paul Kelly. Source: AAP Image/Mick Tsikas

  • L-Awstralja  qed tittardja l-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri internazzjonali  għal studenti internazzjonali u għal dawk fuq bażi umanitarja, u dawk b’viża ta’ vaganza ta’ xogħol u tal-familja mill-1 ta’ Diċembru sal-15 ta’ Diċembru.
  • Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt jgħid li pariri mediċi jwasslu għal kull bidliet fil-futur.
  • L-oppożizzjoni appoġġjat id-deċiżjoni tal-gvern li jipposponi l-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri internazzjonali.
  • Il-Kabinett Nazzjonali mistenni jiltaqa’ llum biex jiddiskuti r-rispons nazzjonali tal-istati u t-territorji b’rispons għat-theddida tal-varjant Omicron, waqt li d-Deputat Kap Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa jgħid li l-imxija tal-virus hija inevitabbli fil-komunità.
  • Hemm ħames każi kkonfermati tal-varjant Omicron fil-kwarantina fl-Awstralja.
  • Western Australia tinsab qrib  id-data sakemm għandu jsir it-tilqim mandatorju  għal diversi industriji.  
  • Queensland qed iddaħħal tilqim mandatorju għal ħaddiema f’ambjent ta’ riskju għoli mis-17 ta’ Diċembru.

STATISTIĊI DWAR IL-COVID-19:

Fil-Victoria kienu rreġistrati 918 każ lokali u sitt imwiet.
Fi NSW kienu rreġistrati 179 każ ġdid u tlett imwiet.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-lingwa tiegħek, iċċekkja hawnhekk. 


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
 Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti 




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand