Aġġornament dwar il-COVID-19: L-awtoritajiet jitolbu għal rati akbar ta’ ittestjar u tilqim

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-17 ta’ Awwissu 2021.

Australian Defence Force

Australian Defence Force personnel assist people as they check into the Qudos Bank Arena NSW Health COVID-19 Vaccination Centre in Sydney Source: AAP Image/Bianca De March

  • Il-maġġoranza tal-każi ġodda fi NSW huma nies taħt l-40 sena
  • Il-Premier ta’ Victoria jitlob li jkun hemm numru akbar ta’ nies li jittestjaw għall-virus
  • Sbatax-il każ lokali ġdid irreġistrati fl-ACT
  • L-ebda każi ġodda fin-Northern Territory

New South Wales 

Fi New South Wales kienu rreġistrati 452 każ ġdid lokali. Tal-anqas 50 minn dawn il-każi kienu infettivi fil-komunità. Ħamsa u sebgħin fil-mija tal-każi ġodda kienu nies taħt l-40 sena. Mara li kellha fuq is-sebgħin sena li ma ħaditx it-tilqima mietet.  

Residenti ta’ Lennox Head huma mħeġġa biex ikunu ttestjati billi fdalijiet tal-COVID instabu fl-ittestjar tal-ilma tad-dranaġġ

Il-Premier Gladys Berejiklian għamlet appell speċjali lil dawk li għandhom fuq 70 sena biex jitlaqqmu.

Ibbukkja hawnhekk għal  appuntament tat-tilqima.

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 24 każ lokali ġdid. Tlieta minn dawn il-każi huma marbuta ma’ imxijiet tal-virus magħrufa. Għaxar każi kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.

Il-Premier Daniel Andrews qed jitlob biex ikun hemm aktar nies li jittestjaw għall-virus, partikularment fis-subborgi fl-inħawi ta’ St Kilda, inklużi Port Philip u Bayside.

Hawnhekk issib il-lista ta’ postijiet ta’ ttestjar  u lista taċ-ċentri tat-tilqim.   

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • Fl-ACT kienu rreġistrati 17-il każ lokali ġdid. Għalhekk in-numru totali ta’ każi attivi f’Canberra huwa 45. Issa hemm madwar mitt post li huma esposti għall-virus fl-ACT.
  • Fin-Northern Territory ma kienu rreġistrati l-ebda każi ġodda lokalment mill- 1,846 test li saru l-bieraħ.
  • Fi Queensland kien irreġistrat każ lokali wieħed ta’ persuna li kienet fi kwarantina d-dar.
alc covid mental health
Source: ALC


Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory


Share

Published

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Aġġornament dwar il-COVID-19: L-awtoritajiet jitolbu għal rati akbar ta’ ittestjar u tilqim | SBS Maltese