Il-fruntieri issa reġgħu fetħu kompletament bejn New South Wales u Victoria. Il-familji jistgħu jerġgħu jingħaqdu flimkien u jivvjaġġaw bl-ajru fuq waħda mill-aktar rotot tal-ajru mfittxija fid-dinja.
In-Northern Territory jinsab fuq alert għoli wara li kien irreġistrat każ lokali tal-COVID-19. Dan huwa l-ewwel każ ta’ trasmissjoni fil-komunità fit-territorju u kkaġuna lockdown ta’ 72 siegħa.
Il-Kabinett Nazzjonali jiltaqa’ għall-ewwel darba f’ħames ġimgħat biex jiddiskuti s-sitwazzjoni kontinwa tal-COVID-19. Fuq l-aġenda hemm il-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri internazzjonali u t-tilqim tat-tfal.
Xjentisti mill-Università ta’ Oxford fir-Renju Unit identifikaw ġene li jirdoppja ir-riskju tal-falliment tal-pulmun u l-mewt mill-COVID-19. Dan huwa komuni speċjalment f’nies ta’ dixxendenza mill-Asja t’Isfel.
Statistika dwar COVID-19
F’Victoria kienu rrappurtati 1,343 każ lokali u 10 imwiet
Fi NSW kienu rrappurtati 249 każ tal-COVID-19 u tlett imwiet.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: