- L-Awstralja issa qabżet il-mira tagħha ta’ 90 fil-mija tat-tilqima biż-żewġ dożi.
- Fi NSW kienu rreġistrati 63 każ ieħor tal-Omicron waqt li n-numru ta’ infezzjonijiet f’ġurnata qabeż l-ogħla numru li qatt kien irreġistrat f’ġurnata waħda.
- Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison feraħ lill-pajjiż talli laħaq 90 fil-mija tat-tilqim u qal li ma nistgħux nerġgħu lura għal-lockdowns.
- Fi NSW hemm restrizzjonijiet għall-viżitaturi f’faċilitajiet tal-kura tas-saħħa minħabba r-rata għolja ta’ trasmissjoni.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
- Faċilita tal-kura tal-anzjani f’subborg fi Brisbane tpoġġiet f’lockdown wara li persuna pożittiva bil-Covid żaret il-faċilità.
- Fi Queensland kien implimentat bilfors l-ilbies tal-maskri fi ħwienet għall-bejgħ u x-xiri, fuq transport pubbliku u l-użu ta’ taxis u vvjaġġar fuq vetturi ma’ oħrajn mit-18 ta’ Diċembru. Madankollu m’hemmx pjanijiet ta’ lockdown.
- Mit-28 ta’ Diċembru, ma japplika l-ebda limitu għall-ġemgħat ta’ nies fid-djar u għall-konsum ta’ xorb bilwieqfa f’South Australia. Iż-żmien ta’ kwarantina internazzjonali se jitnaqqas ukoll b’72 siegħa.
Għall-miżuri li hemm bħalissa b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja hawnhekk.
- Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 1,510 każ lokali tal-virus u seba’ mwiet.
- Fi NSW kienu rreġistrati 2,213 każ ġdid fil-komunità u mewt waħda. F’South Australia kienu rreġistrati 64 każ ġdid.
- Fi Queensland kienu rreġistrati 20 każ ġdid, 5 minnhom kienu Omicron
- Fl-ACT kienu rreġistrati 20 każ.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari: Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod
Ivvjaġġar Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 b’diversi lingwi
Għajnuna finanzjarja Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament: Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: