Aġġornament dwar il-COVID-19: Melbourne toħroġ mil-lockdown waqt li Qantas mistennija tibda t-titjiriet internazzjonali aktar kmieni milli kien mistenni

Dan hu l-aġġornament tiegħek dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-22 ta’ Ottubru 2021.

Melbourne emerges from lockdown.

Melbourne has emerged from the world's longest lockdown, and as vaccination rates continue to rise. Source: AAP

  • L-istat ta’ Victoria jirreġistra 16-il mewt tal-COVID-19 u 2,189 każ lokali ġdid waqt li l-lockdown jispiċċa
  • Il-linja tal-ajru Qantas qed tippjana l-bidu mill-ġdid ta’ titjiriet internazzjonali aktar kmieni milli kien ippjanat
  • Il-Prim MInistru Scott Morrison jghid, li l-gvern jinsab fl-aħħar stadju li jiżgura vvjaġġar limitat ma’ Singapore.

Victoria

Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 2,189 każ lokali ġdid tal-COVID-19 waqt li l-belt ta’ Melbourne ħarget mil-itwal lockdown fid-dinja. Kien hemm ukoll 16-il mewt oħra.

L-istat jinsab fid-direzzjoni biex sat-30 ta’ Ottubru 80 fil-mija tan-nies ikunu ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima. Dan seħħ ġimgħa qabel id-data tal-5 ta’ Novembru kif kien ikkalkulat qabel.  

Il-Premier Daniel Andrews qal li Victoria se twarrab il-ħtieġa ta’ kwarantina għal dawk l-Awstraljani li jkunu mlaqqma kompletament li jaslu minn barra mill-1 ta’ Novembru.

Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.

New South Wales

Fi New South Wales kienu rreġistrati 345 każ lokali ġdid tal-COVID-19 u 5 imwiet waqt li l-istat qed jipprepara li n-numru ta’ infezzjonijiet jikber wara l-ftuħ mil-lockdown.

Waqt li kien qed jitkellem fl-Ajruport ta’ Sydney, il-Premier Domenic Perrotet qal li l-istat jinsab fit-triq ta’ rkupru waqt li Qantas ħabbar li se jġib il-ħaddiema lura mill-ġimgħa d-dieħla u jorganizza aktar titjiriet internazzjonali.

Il-Prim Ministru Scott Morrison jghid, li l-gvern jinsab fl-aħħar stadji biex jiżgura li jkun hemm ivvjaġġar limitat bejn l-Awstralja u Singapore li mistenni jkun finalizzat madwar ġimgħa oħra.

Hawnhekk issib   ċentru tat-tilqim  viċin tiegħek.

ACT

Aktar minn 84 fil-mija tar-residenti tal-ACT li għandhom 12-il sena u aktar huma mlaqqma kompletament, waqt li fit-territorju kienu rreġistrati 13-il każ ġdid.

Ikklikka hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek  illum. 

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Fi Queensland ma kienu rreġistrati l-ebda każi fil-komunità, imma hemm tħassib dwar ir-rata baxxa tat-tilqim f’Logan. Għada huwa Super Satruday għat-tilqim meta qed issir kampanja biex aktar nies jitlaqqmu, b’aktar minn 100 skola jieħdu sehem.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory


Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand