COVID-19 – l-aħħar aġġornament: M’hemmx bidla fiż-żmien meta tingħata t-tilqima tal-booster

Dan huwa l-aġġornament tal-Coronavirus fl-Awstralja għat-3 ta’ Diċembru 2021.

Dom Perrottet

NSW Premier Dominic Perrottet says the restrictions in the state will ease as planned despite the recent spike in infections. Source: AAP

  • Każ ġdid tal-infezzjoni tal-virus Omicron fi NSW huwa ssuspettat li huwa l-ewwel trasmissjoni fil-komunità ta’ dan il-varjant fl-Awstralja.
  • Fin-Northern Territory kienet irreġistrata l-ewwel mewt bil-COVID. In-NT kienet l-uniku ġuriżdizzjoni Awstraljana fejn ma kinitx seħħet mewt bil-COVID s’issa.
  • Il-ministru tas-saħħa federali ħabbar li l-pjan nazzjonali tal-ftuħ mill-ġdid tal-pajjiż għadu kif kien.
  • Mexxejja tal-komunità Afrikana-Awstraljana kkritikaw id-deċiżjoni tal-gvern li jimponi bans tal-ivvjaġġar fuq disa’ pajjiżi Afrikani wara li tfaċċa l-varjant Omicron.
  • Western Australia ibbannjat il-vjaġġaturi li jaslu minn South Australia, wara li r-riskju tal-coronavirus għal stati oħra nbidel minn “baxx” għal “medju”.
  • Il-grupp ta’ esperti nazzjonali dwar il-vaċċin, ATAGI, qal li m’hemmx bidla fiż-żmien meta għandha tingħata t-tilqima tal-booster.
  • Il-gvern federali ħabbar $540 miljun fondi aktar għall-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-COVID.
  • It-Tasmanja se tibdel  ir-regoli tal-ivvjaġġar  tagħha mill-15 ta’ Diċembru.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

F’Victoria kienu rreġistrati 1,188 każ lokali u 11-il mewt.
Fi NSW kienu rreġistrati 337 każ ġdid fil-komunità. 
Fl-ACT kienu rreġistrati erba’ każi ġodda, fin-NT tnejn.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja  hawnhekk. 


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

 Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
COVID-19 – l-aħħar aġġornament: M’hemmx bidla fiż-żmien meta tingħata t-tilqima tal-booster | SBS Maltese