Aġġornament dwar il-Covid-19: In-Northern Territory jestendi l-lockdown minħabba każi ġodda tal-lockdown

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-23 ta’ Novembru 2021.

Kiongozi wa Wilaya ya Kaskazini Michael Gunner azungumza na waandishi wa habari katika bunge la NT mjini Darwin

Kiongozi wa Wilaya ya Kaskazini Michael Gunner, azungumza na waandishi wa habari katika bunge la NT mjini Darwin. Source: AAP Image/Aaron Bunch

  • In-Northern Territory se jibqa’ l-lockdown jew lockout sal-4 ta’ Diċembru wara li fl-istat kienu rreġistrati 3 każi oħra lokali ġodda, li wieħed minnhom kien ta’ tarbija.
  • Il-Premier ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk tgħid li vjaġġi ta’ malajr lejn Sydney ‘m’humiex permessi’ sakemm fi Queensland ikun hemm 90 fil-mija tal-popolazzjoni mlaqqma.
  • Fi NSW qed ikun mitlub li jkun hemm taqliba sħiħa fis-sistema tal-ittestjar għal vjaġġaturi domestiċi.
  • F’South Australia infetaħ l-ivvjaġġar mingħajr kwarantina għal vjaġġaturi minn NSW, ACT u Victoria. 43,000 vjaġġatur applikaw permezz tal-websajt EntryCheck mill-Ġimgħa fil-għaxija. 
  • Dawk li jivvaġġaw minn Inħawi tal-Gvern Lokali b’anqas minn 80 fil-mija tar-rata tat-tilqim u trasmissjoni tal-virus fil-komunità jkunu jridu jagħmlu kwarantina f’South Australia.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19: 
  • Fil-Victoria kienu rreġistrati 827 każ lokali u 19-il mewt. Minn dawk li mietu, 17 ma kinux imlaqqma.
  • Fi NSW kienu rreġistrati 173 każ ġdid fil-komunità u żewġt imwiet.
  • Fl-ACT kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
 Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand