- Byron, Kempsey u Tweed fi NSW jerġgħu jidħlu f’lockdown
- Fil-Victoria issa hemm 6,000 każ attiv tal-COVID-19
- Fl-ACT jitħabbru aktar fondi għas-servizzi tas-saħħa mentali
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,022 każ lokali ġdid u 10 imwiet. Bħalissa, 53 fil-mija ta’ dawk ir-residenti eliġibbli ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima.
L-inħawi tal-gvern lokali ta’ Byron Shire, Kempsey u Tweed se jerġgħu jidħlu f’lockdown ta’ sebat ijiem mill-5pm illum wara li persuna li ttestjat pożittiv għall-Covid minn Sydney żaret diversi komunitajiet fuq il-kosta tat-tramuntana ta’ NSW.
Millum, grupp ta’ tlett iħbieb taħt l-età ta’ 18-il sena jistgħu jżuru lil xulxin fid-dar sakemm joqogħdu f’distanza ta’ 5 kilometri bogħod minn xulxin u fl-istess erja lokali. Dan ‘iċ-ċirku ta’ ħbieb’ huwa permess biss fi djar fejn l-adulti kollha jkunu mlaqqma kompletament.
Ir-Red Cross fl-Awstralja qed tagħti għajnuna finanzjarja ta’ darba lil dawk fuq viża temporanja jew lil dawk affettwati mil-lockdows fi NSW.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 603 każ ġdid lokali u mewt waħda.
Ma’ Melbourne Metropolitana, Geelong, u l-Kosta, Ballarat u Mitchell Shire, l-industrija tal-kostruzzjoni ngħalqet għal ġimagħtejn wara diversi imxijiet tal-Covid, b’rabta mal-industrija tal-bini. Bħalissa hemm 403 każi pożittivi marbuta ma' din l-industrijra, f’186 post ta’ bini differenti.
L-istat ta’ Victoria se jirċievi aktar minn 300,000 tilqima tal-Moderna mal-istat kollu.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 16-il każ ġdid lokali.
Il-Ministru Ewlieni, Andrew Barr ħabbar $14-il miljun addizzjonali bħala fondi ta’ sapport għas-saħħa mentali u servizzi għal dawk b'vizzji tal-alkoħol u drogi oħra fit-territorju kollu.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqim tiegħek kontra l- COVID-19
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Domestic infographic Source: SBS
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: