Aġġornament dwar il-COVID-19: L-Istat ta’ NSW iħabbar it-tagħlim wiċċ imb wiċċ minn Ottubru

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-27 ta’ Awwissu 2021.

Mass Vaccination hub at Qudos Arena in Sydney,

Thousands of Year 12 HSC students got their Pfizer vaccinations at the Mass Vaccination hub at Qudos Arena in Sydney, Monday, August 9, 2021. Source: AAP Image/Dean Lewins

  • L-eżamijiet tal-HSC ittardjati sad-9 ta’ Novembru
  • Wieħed minn kull 10 każi tal-virus jinsabu f’Shepparton
  • L-ACT taġġusta r-restrizzjonijiet tan-negozju waqt lockdown
  • ATAGI japprovaw il-Pfizer għal tfal bejn it-12 u l-15-il sena

New South Wales 

Fl-istat ta’ NSW kienu rreġistrati 882 każ ġdid lokali. Aktar minn 80 fil-mija tal-każi kienu rreġistrati fil-punent u l-lbiċ ta’ Sydney. Żewġt irġiel li kellhom fuq is-sittin u d-disgħin sena mietu.

Il-Premier Gladys Berejiklian ħabbret pjan għar-ritorn tal-istudenti fl-iskejjel:

  • Mill-25 ta’ Ottubru – Studenti tal-Kindergarten u Year 1
  • Mill-1 ta’ Novembru - Year 2, 6 u 11
  • Mit-8 ta’ Novembru - Year 3, 4, 5, 7, 8, 9 u 0
It-tilqim għall-istaff kollu tal-iskejjel fis-setturi kollha se jkun tabilfors mit-8 ta’ Novembru, imma se jingħataw aċċess ta’ prijorità għall-vaċċin mis-6 ta’ Settembru.  

Ibbukkja għal appuntament għat-tilqima   illum.

Victoria
Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 79 każ ġdid lokali. 53 minnhom kienu marbuta ma’ imxijiet ta’ kazi magħrufa u 26 każ mhux magħruf minn fejn ittieħdu.

Madwar 16,000 resident fir-reġjun ta’ Shepparton, li għandu popolazzjoni ta’ 65,000 huwa maħsub li qegħdin f’iżolazzjoni. Dan ikkaġuna l-għeluq tad-distribuzzjoni tal-ikel, supermarkets u spiżeriji minħabba nuqqas ta’ ħaddiema.

Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim  viċin tiegħek.

Australian Capital Territory
Fit-Territorju Kapitali Awstraljan kienu rreġistrati 21 każ ġdid lokali. Hekk in-numru totali ta’ każi attivi huwa ta’ 209.

Fil-kapitali nazzjonali tħabbru  bidliet fin-negozju tal-ħwienet, servizz ta’ skart, gym, skejjel taż-żfin u negozju tar-real estate  li se jibdew iseħħu min-11.59pm illum.

Ikklikkja hawnhekk biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek  għat-tilqim tal-COVID-19.   

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • Fix-xlokk ta’ Queensland jitnaqqsu aktar  ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19  mill-4pm tallum.
  • Il-Grupp ta’ Konsulenza Teknika dwar it-Tilqim fl-Awstralja approva l-vaċċin Pfizer kontra l-COVID-19 għat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory

 


Share

Published

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Aġġornament dwar il-COVID-19: L-Istat ta’ NSW iħabbar it-tagħlim wiċċ imb wiċċ minn Ottubru | SBS Maltese