Aġġornament dwar il-COVID-19: L-awtoritajiet ta’ NSW iħeġġu lin-nies biex jieħdu t-tilqima waqt li n-numru ta’ każi jikber

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-6 ta’ Awwissu 2021.

NSW COVID-19 update in Sydney. Friday, August 6, 2021.

The media surround NSW Premier Gladys Berejiklian at a press conference to provide a COVID-19 update in Sydney. Friday, August 6, 2021. Source: AAP Image/Mick Tsikas

  • Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti fil-kura intensive fi NSW huma bla tilqima
  • Persuni b’każi ġodda f’Victoria kienu infettivi waqt li kienu fil-komunità
  • Aktar minn 300 paramediċi jingħaqdu fil-programm tat-tilqim fi Queensland

New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 291 każ ġdid lokali, b’ta’ lanqas 48 minnhom kienu infettivi waqt li kienu fil-komunità. Kienet irreġistrata mewt oħra, b’mara li kellha fuq is-60 sena u li ma kinitx imlaqqma mietet fil-lbiċ ta’ Sydney.

Il-Premier Gladys Berejiklian ħabbret preżenza akbar tal-pulizija biex ikun żgurat li kulħadd jimxi mal-ordnijiet tas-saħħa pubblika fl-inħawi ta’ Canterbury-Bankstown, fejn kienet innutata l-akbar żjieda ta’ każi.

L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant tgħid li minn 50 persuna fil-kura intensiva, 44 minnhom ma kinux imlaqqma, waqt li l-oħrajn ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin.

L-awtoritajiet fi NSW qegħdin iħeġġu lil kulħadd biex jieħu t-tilqima.  Hawnhekk issib il-lista ta’ kliniċi tat-tilqim .

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati sitt każi ġodda fil-komunità. Tnejn minn dawn il-każi tħabbru fil-5 ta’ Awwissu.

Is-sitt każi huma marbuta mal-infezzjonijiet Delta li kienu rrappurtati qabel imma ma kinux fi kwarantina waqt li kienu infettivi.

Il-lockdown tal-bieraħ kien ikkaġunat minn żewġ firxiet separati ta’ trasmissjoni, magħrufa bħala l-imxijiet ta’ Hobsons Bary u Maribyrnong.

Hawnhekk issib il-lista ta’ postijiet esposti għall-virus.

Queensland
Fi Queensland kienu rreġistrati 10 każi ġodda fil-komunità, kollha marbuta mal-imxija eżistenti.

Aktar minn 330 spiżerija komunitarja issa qegħdin jagħtu  it-tilqima tal-COVID-19 lin-nies fi Queensland.  

L-Uffiċjal tas-Saħħa Ewlieni Jeanette Young tgħid li għadu kmieni ħafna biex ikun magħruf jekk il-locdown fil-lbic ta’ Queensland jispiċċax fit-8 ta’ Awwissu.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory

 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand