Aġġornament dwar il-COVID-19: NSW tiddikjara 'emerġenza nazzjonali'

NSW Premier Gladys Berejiklian and Chief Health Officer Dr Kerry Chant

NSW Premier Gladys Berejiklian and Chief Health Officer Dr Kerry Chant at a press conference to provide a COVID-19 update Source: AAP Image/POOL/Mick Tsikas

  • Il-Kap Ufficjali tas-Saħħa ta' NSW Dr Kerry Chant iddikjarat 'emerġenza nazzjonali'
  • Il-Premjer Berejeklian titlob iktar dożi Pfizer tal-vaċċin COVID-19 għall-lbiċ u l-punent ta' Sydney
  • Minkejja n-numri baxxi fil-Victoria, il-Premjer Andrews ma jistax ibassar it-tmiem tal-lockdown
  • Il-vaċċin Pfizer approvat għat-tfal bejn it-12 u l-15 -il sena
New South Wales

NSW irreġistra 136 każ lokali ġdid, bi 53 minnhom infettivi waqt li kienu fil-kommunita' u kkonferma mewt waħda mill-bieraħ.

Ir-residenti li jgħixu fiż-żoni tal-Gvern lokali ta' Cumberland u Blacktown mhumiex permessi joħorġu minn djarhom għax-xogħol, ħlief jekk dawn jaħdmu fis-setturi tas-saħħa u l-emerġenza jew jinsabu fuq il-lista awtorizzata tal-ħaddiema.


Sib hawn postijiet tal-każijiet f'lista jew mappa.

Victoria

Victoria rreġistrat 14 każ ġdid, b'erba minn dawn infettivi waqt li kienu fil-kommunita'. In-numru kurrenti ta' każijiet attivi fl-istat huwa 158.

Jinsabu iktar minn 19,000 kuntatt primarju qrib li qegħdin jiżolaw lilhom infushom madwar l-istat.

Sib hawn postijiet tal-każijiet f'lista jew mappa. Il-lockdown kurrenti se jibqa' fis-seħħ sa 11:59pm it-Tlieta, 27 ta' Lulju.

L-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja

  • South Australia rreġistrat każ wieħed ġdid ta' Covid-19, waqt li l-awtoritajiet tas-saħħa jipproċessaw iktar minn 23,500 riżultat ta' testijiet. 
  • Ħaddiema fuq titjira ta' Qantas ittestjat fil-pożittiv fi QLD wara li serviet fuq sitt titjiriet reġjonali madwar l-istat.
  • Adulti taħt l-40 sena jkollhom jistennew sa Settembru jew Ottubru biex ikollhom aċċess għall-vaċċin ta' Pfizer, waqt li r-regolatur mediku Awstraljan TGA japprovah għat-tfal bejn 12 u 15 -il sena 
Eid al Adha (“Festival of the Sacrifice”) jispiċċa illum. Huwa importanti li tipproteġi lilek innifsek u lil oħrajn matul talb ta' Eid al-Fitr billi:

  • tagħżel li titlob mid-dar
  • tikkanċella ġemgħat kbar
  • tilbes il-maskra tiegħek
  • tuża tapit tiegħek għat-talb
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi ta’ ttestjar u ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija

Ħtiġijiet ta’ kwarantina u ttestjar huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet statali u territorjali:

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li jkunu riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websajt Smart Traveller .




Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ COVID-19 Vaccination Glossary.
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ Appointment Reminder Tool.



Kliniċi ta’ ttestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 

Informazzjoni dwar ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory

 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand