COVID-19 – l-aħħar aġġornament: NSW Health inaqqas iż-żmien ta’ kwarantina għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-28 ta’ Diċembru 2021.

The Exterior of St Vincent’s Hospital is seen at Darlinghurst in Sydney, Monday, December 27, 2021.  (AAP Image/Mick Tsikas) NO ARCHIVING

The Exterior of St Vincents Hospital is seen at Darlinghurst in Sydney, Monday, December 27, 2021. Source: AAP/Mick Tsikas

  • NSW Health naqqas iż-żmien ta’ kwarantina għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li issa jistgħu ma jibqgħux f’iżolazzjoni u jerġgħu lura għax-xoghol wara sebat ijiem minflok 14-il ġurnata.
  • St Vincent’s Hospital ammetta li għamel żewġ żbalji fl-ittestjar, f’jumejn. L-isptar ħabbar nhar it-Tnejn li kważi elf persuna kienu mgħarrfa li kellhom test negattiv tal-COVID, meta fil-fatt ir-riżultati kien għadhom ma waslux.
  • Il-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar għal Queensland qegħdin joħolqu kjus kbar tal-ittestjar tal-PCR skont il-Ministru tas-Saħħa ta’ New South Wales Brad Hazzard li huwa ddeskriva bħala “ittestjar turistiku”.
  • Il-Ministru tas-Saħħa Yvette D’Ath ħabbret li l-istat ta’ Queensland se jelimina t-test wara ħamest ijiem għal dawk li jivvjaġġaw minn stat ieħor, għalkemm l-applikazzjonijiet għal permess biex tidħol fi Queensland xorta jobbligaw li l-vjaġġaturi jaqblu li jagħmlu t-test.
  • Western Australia, Perth u r-reġjuni Peel se jibqgħu jsegwu l-miżuri ta’ saħħa pubblika u soċjali sas-6:00am, tat-Tlieta 4 ta’ Jannar, 2022.
  • Il-bieraħ, l-Awstralja qabżet l-10,000 każ ta’ infezzjonijiet ġodda tal-COVID-19 f’ġurnata, minħabba n-numru ta’ każi jiżdiedu fi NSW, Victoria u South Australia. NSW rreġistra l-ewwel każ magħruf ta’ mewt kaġun tal-Omicron.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
Fi New South Wales kienu rreġistrati 6,062 każ ġdid tal-COVID-19 u mewt waħda

F’Victoria kienu rreġistrati 2,738 każ ġdid u 4 imwiet.

Fi Queensland kienu rreġistrati 1,158 każ fil-komunità, b’sitta min-nies fl-isptar jirċievu kura minħabba s-sintomi tal-COVID.

Fit-Tasmanja kienu rreġistrati 43 każ ġdid tal-COVID-19

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 pandemic bi-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti


Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 

 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand