Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ NSW jaqbeż it-80 fil-mija tat-tilqim waqt li Victoria tħabbar kampanja ta’ $21 miljun dollaru

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-19 ta’ Ottubru 2021.

Picha za wafanyakazi wa mstari wa mbele zamulikwa kwenye paa za Sydney Opera House na umma wa NSW ulio chanjwa kuadhimisha kufikisha lengo la 80% ya chanjo.

Picha za wafanyakazi wa mstari wa mbele zamulikwa kwenye paa za Sydney Opera House na umma wa NSW ulio chanjwa kuadhimisha kufikisha lengo la 80% ya chanjo. Source: AAP/DEAN LEWINS

  • L-istat ta’ Victoria jħabbar pakkatt ta’ $21 miljun biex iżid ir-rata tat-tilqim
  • Iż-żjieda ta’ numru ta’ każi fi NSW reġjonali huwa ta’ tħassib
  • L-ACT iħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet

Victoria

L-istat ta’ Victoria rreġistra 1,749 każ lokali ġdid ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 u 11-il mewt.

89.4 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena fl-istat irċiviet l-ewwel doża tal-vaccin u 67.2 fil-mija t-tnejn.

Il-Premier Daniel Andrews ħabbar pakkett ta’ $21 miljun biex jiżdied it-tilqim, inkluż aktar kliniċi tat-tilqim li jitwaqqfu f’postijiet pubbliċi, ibbukkjar ta’ appuntamenti, trasportazzjoni u alternattivi oħra fejn ikunu meħtieġa fil-komunità.

Il-gvern ta’ Victoria kkonferma li se jinkludi iżolazzjoni aktar qasira fil-lista tiegħu ta’ emendi meta l-istat jilħaq is-70 fil-mija tat-tilqima biż-żewġ dożi.

Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek  illum.

New South Wales

Fi New South Wales kienu rreġistrati 273 każ lokali ġdid u erba’ mwiet.

Ftit anqas minn 75 fil-mija tat-tfal bejn it-12-15 ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tal-COVID-19, waqt li 35.5 fil-mija huma mlaqqma kompletament.

L-istat qabeż ukoll it-80 fil-mija tal-mira tat-tilqim komplut għall-popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena.

L-Uffiċjal Mediku Ewlieni, Dr Kerry Chant qalet li n-numru ta’ każi jiżdied fl-inħawi reġjonali jibqa’ ta’ tħassib u ħeġġet lill-komunità biex kulħadd jieħu t-tiqlima.

Hawnhekk issib  ċentru tat-tilqim  viċin tiegħek.

ACT

Fl-ACT kienu rreġistrati 24 każ ġdid, 21 minnhom huma marbuta mal-imxija kurrenti.

It-territorju ħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 b’rispons għat-80 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ 12-il sena u aktar li hija mlaqqma kompletament.

Il-ħwienet tax-xiri, kemm essenzjali u dawk mhux essenzjali, se jkunu permessi li jiftħu min-11:59pm tal-Ħamis 21 ta’ Ottubru.

Ikklikkja biex  tibbukkja l-appuntament għat-tilqima tiegħek illum.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Queensland  ħabbret pjanijiet  għal ivvjaġġar domestiku u internazzjonali għall-istati meta l-popolazzjoni eliġibbli tilħaq is-70%, 80% u mbagħad id- 90% tat-tilqima.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory


Share

Published

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ NSW jaqbeż it-80 fil-mija tat-tilqim waqt li Victoria tħabbar kampanja ta’ $21 miljun dollaru | SBS Maltese