Aġġornament dwar il-COVID-19: Fl-istat ta’ NSW imwiegħed aktar ħelsien għal residenti mlaqqma, fl-istat ta’ Victoria tiżdied l-eliġibilità tat-tilqim

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-24 ta’ Awwissu 2021.

drive-through testing site at Shepparton Sports Precinct in Shepparton, Victoria, Tuesday, August 24, 2021.

صف رانندگان در پشت یک کلینیک سواره آزمایش کرونا در شهر شیپرتون Source: AAP Image/Daniel Pockett

  • Fi NSW amministrati sitt miljun doża tal-vaċċin s’issa
  • F’Victoria tiżdied l-eliġibiltà tat-tilqim
  • Fl-ACT irreġistrati l-akbar numru ta’ każi
  • Fi Queensland irreġistrati żewġ każi lokali

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 753 każ ġdid lokalment. Tal-anqas 49 każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.  

Il-Premier Gladys Berejiklian tgħid li l-istat laħaq l-istadju sinifikanti ta’ sitt miljun tilqima, li jfisser li 60 fil-mija tal-popolazzjoni ħadet tal-anqas tilqima waħda.

Fi 12-il post tal-gvern lokali li huma ta’ tħassib, dawk bejn is-16 u d-39 sena u dawk li jaħdmu ma’ dawk b’diżabilità u fil-ħarsien tat-tfal qegħdin jingħataw prijorità biex jibbukkjaw għat-tilqima.    

L-awtoritajiet tas-saħħa se jħabbru aktar ħelsien, aktar tard din il-ġimgħa għal dawk ir-residenti li jkunu mlaqqma kompletament. Ibbukkja llum l-appuntament għat-tilqima tiegħek.

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 50 każ ġdid lokali. Għaxra minnhom m’humiex marbuta ma’ imxijiet magħrufa. Disa’ u tletin każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.

Il-Premier Daniel Andrews jgħid li dawk li għandhom 16-il sena u aktar se jkunu eliġibbli għat-tilqima Pfizer jew AstraZeneca f’ċentri tat-tilqim immexxija mill-istat mill-Erbgħa, 25 ta’ Awwissu.   

Ikklikkja hawnhekk għal-lista ta’ postijiet esposti għal virus u  ċentri tat-tilqim.

Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 30 każ ġdid lokali. 17 minnhom kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi. 

Postijiet għall-ittestjar f’Kambah u Brindabella Business Park ser jerġgħu jiftħu mill-ġdid għada wara li għalqu minħabba t-temp ħażin. 

Ikklikkja għal aċċess tal-lista ta’ postijiet esposti għall-virus. Tista’ tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għat- tilqima tal-COVID-19  hawnhekk.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • Fi Queensland kienu rreġistrati żewġ każi lokali li bħalissa qegħdin ikunu investigati.  
  • Id-Doherty Institute jinsisti li jkun sigur għall-Awstralja li tiftaħ mill-ġdid b’70-80 fil-mija tat-tilqim, irrespettivament in-numru ta’ każi, sakemm il-miżuri tas-saħħa pubblika jibqgħu japplikaw.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory

 


Share

Published

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand