COVID-19 - l-aħħar aġġornament: Fi NSW sospiżi l-operazzjonijiet mhux urġenti

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-7 ta’ Jannar 2022.

Perrottet presser

NSW Premier Dominic Perrottet (centre) speaks to the media during a press conference at South Western Sydney Vaccination Centre in Sydney, Wednesday, January 5. Source: AAP Image/Bianca De Marchi

  • Fi NSW operazzjonijiet li mhumiex urġenti li jistgħu jkunu bbukkjati minn qabel se jkunu sospiżi sa Frar, wara li fl-istat kienu rrappurtati 38,625 infezzjoni fl-aħħar 24 siegħa.
  • Fi NSW residenti li jirreġistraw pożittivi permezz ta’ rapid antigen tests ikollhom jirrappurtaw ir-riżultat tagħhom lid-dipartiment tas-saħħa u każ bħal dan ikun magħdud l-istess bħala każ pożittiv ta’ PCR test. Dan tħabbar mill-Premier ta’ NSW Dominic Perrottet. 
  • Restrizzjonijiet ġodda dwar il-kant u ż-żfin f’postijiet ta’ ospitalità fi NSW se jkunu infurzati u jibqgħu sas-27 ta’ Jannar.  
  • Fejn it-tilqim huwa mandatorju, dan jinkludi l-boosters, qal f’konferenza stampa llum, il-Permier, Perrottet. 
  • Fi NSW intlaħqet il-figura rekord ta’ 1,738 persuna fl-isptar kaġun tal-COVID-19. Hemm 134 persuna fil-kura intensiva skont NSW Health.
  • Fl-istat ta’ Victoria, in-numru ta’ nies fl-isptar kompla jiżdied għal 644 persuna. Hemm 58 każ attiv fil-kura intensiva u 24 persuna fuq ventilator.  
  • Il-Prim Ministru Scott Morrison ħeġġeġ lin-nies fl-Awstralja biex jiċċekkjaw l-eliġibilità tagħhom għall-ħlas federali tal-leave magħruf bħala Pandemic Leave Disaster Payment waqt li l-virus tal-Omicron qed ikompli jinxtered. Il-ħlas huwa ta’ $750 għal kull perjodu ta’ sebat ijiem li persuna tkun mgħarrfa biex tiżola lilha nnifisha jew tagħmel kwaratnina.
  • Il-Premier ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk wissiet li l-bidu ta’ term one tal-iskejjel primarji fi Queensland jista’ jkun ittardjat b’sa ġimagħtejn, jekk is-sitwazzjoni tal-imxija tal-Omicron tkompli sejra għall-agħar.  
  • Residenti li m’humiex imlaqqma fin-Northern Territory issa jridu jimxu ma restrizzjonijiet stretti ta’ lockout. Dawk li m’humiex imlaqqma li għandhom ‘il fuq minn 16-iI sena jistgħu biss iħallu darhom għal tliet raġunijiet u ma jistgħux jivvaġġaw għal aktar minn 30 kilometri mid-dar tagħhom.       
  • L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet kontra d-deskrizzjoni tal-varjant Omicron bħala ħafif u tgħid li qed joqtol in-nies mad-dinja kollha.  
STATISTIKA DWAR IL-COVID:

Fi New South Wales kienu rreġistrati 38,625 każ ġdid tal-COVID-19 u 11-il-mewt, waqt li f’Victoria kienu rrappurtati 21,728 infezzjonijiet ġodda u sitt imwiet.

Fi Queensland kienu rreġistrati 10,953 każ ġdid, waqt li f’South Australia kienu rrappurtati, 3,070 infezzjoni. 

Fl-ACT kienu rrappurtati 1,246 każ, waqt li 1,489 infezzjoni kienu rrappurtati fit-Tasmanja.  

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
COVID-19 - l-aħħar aġġornament: Fi NSW sospiżi l-operazzjonijiet mhux urġenti | SBS Maltese