Regoli tal-ftuħ mill-ġdid
- L-istat ta’ NSW se jintroduċi aktar kmieni milli kif kien ippjanat ir-regoli tat-tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal dawk li huma mlaqqma kompletament. Minflok mill-1 ta’ Diċembru issa se jibdew fit-8 ta’ Novembru.
- L-istat ta’ NSW jneħħi l-limiti ta’ kemm ikun hemm nies f’kull ambjent, minbarra fi klassijiet tal-gym u ż-żfin. Il-maskri għandhom iridu jintlibsu ġewwa sal-15 ta’ Diċembru.
- It-tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal dawk li m’humiex imlaqqma fi NSW se jdumu sal-15 ta’ Diċembru.
- Id-Dipartiment tas-Saħħa fil-Victoria, ħareġ pariri dwar kif tuża r- rapid antigen self tests.
- Mit-23 ta’ Novembru, South Australia se tneħħi r-restrizzjonijiet tal-għeluq tal-fruntieri ma’ stati oħra u tnaqqas iż-żmien ta’ kwarantina għal sebat ijiem għal vjaġġaturi barra l-Awstralja li jkunu mlaqqma kompletament.
- Queensland Health issa qegħdin jikkuntattjaw lil dawk in-nies li ħadu doża baxxa ħafna tat-tilqima Phizer.
- F’Victoria kienu rreġistrati 989 każ ġdid fil-komunità u disat imwiet.
- Fi NSW kienu rreġistrati 173 każ ġdid u erbat imwiet.
- Fl-ACT kienu rreġistrati 8 każi ġodda lokali.
Introduzzjoni tat-tilqim
- Queensland Health issa qegħdin jikkuntattjaw lil dawk in-nies li ħadu doża baxxa ħafna tat-tilqima Phizer.
Statistika dwar il-COVID-19
- F’Victoria kienu rreġistrati 989 każ ġdid fil-komunità u disat imwiet.
- Fi NSW kienu rreġistrati 173 każ ġdid u erbat imwiet.
- Fl-ACT kienu rreġistrati 8 każi ġodda lokali.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: