COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Numru rekord ta’ nies fl-isptar fi New South Wales waqt li l-kazi f’Victoria u Queensland ikomplu jikbru

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-4 ta’ Jannar, 2022.

sydney testing aap

Health care workers collect information from members of the public as they queue in their cars for a COVID-19 PCR test at the St Vincent’s Drive-through Clinic. Source: Credit: AAP Image/Bianca De Marchi

  • Fi New South Wales kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ nies l-isptar u l-ogħla numru ta’ każi irrappurtati f’ġurnata waħda, waqt li l-varjant Omicron qed ikompli jinxtered madwar l-istat. Hemm 1, 344 persuna fl-isptar bil-COVID-19.
  • L-union tal-għalliema fi NSW talbet għal laqgħa urġenti ma’ uffiċjali tas-saħħa u l-edukazzjoni biex jiddiskutu s-sigurtà qabel tibda s-sena ġdida tal-iskola waqt li l-imxija tal-virus qed tkompli tikber.
  • Millum iż-żmien bejn it-tieni u t-tielet doża tnaqqas għal erba’ xhur. Dan ifisser li madwar 7.5 miljun persuna fl-Awstralja issa jistgħu jieħdu t-tielet tilqima tagħhom.  
  • Id-direttur ta’ Chemist Warehouse Mario Tascone talab lill-gvern federali biex ineħħi l-GST minn fuq ir-rapid antigen tests fi sforz biex jonqsu l-prezzijiet biex jinxtraw, fost dibattitu jikber dwar min għandu jħallas għat-testijiet.
  • L-Uffiċjal ewliendi tas-saħħa Dr John Gerrard qal li Queensland Pathology irrappurta 23 fil-mija tat-testijiet kollha li saru nhar it-Tnejn kienu pożittivi. 
  • Aktar minn 100,000 persuna bħalissa jinsabu l-isptar bil-COVID-19 fl-Istati Uniti għall-ewwel darba fi kważi erba’ xhur, skont l-aħħar informazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Umani (HHS).
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

Fi New South Wales kienu rreġistrati 23,131 każ ġdid tal-COVID-19 u żewġ imwiet, waqt li fil-Victoria kienu rrappurtati 14,020 każ ġdid u żewġt imwiet.

Fi Queensland kienu rreġistrati 5,699 każ ġdid. 

Fl-ACT kienu rrappurtati 926 każ, waqt li 702 infezzjonijiet kienu rreġistrati fit-Tasmanja.  

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 

 


Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand