Aġġornament dwar il-COVID-19: ibbanjar ta’ vvjaġġar mill-Afrika t’Isfel għalissa minħabba li tfaċċa varjant ġdid tal-COVID-19

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-26 ta’ Novemberu 2021.

Travel Ban

Some European countries have banned travel from some African countries but Australia is not taking the drastic step yet. Source: AAP

  • L-awtoritajiet tas-saħħa fl-Awstralja bbannjaw l-ivvjaġġar mill-Afrika t’Isfel għalissa minħabba li tfaċċa varjant ġdid u ta’ tħassib fil-pajjiż. Il-varjant ġdid Mu, jew B.1.621 għandu tibdil ġenetiku li jista’ jkun aktar reżistenti għat-tilqim.  
  • L-istat ta’ Victoria temm is-sistema tal-permess għal vjaġġaturi domestiċi.
  •  Il-vawċers Dine & Discover  jistgħu jiġu kklemjati millum ‘il quddiem. L-iskema kienet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2022.
  • L-istat ta’ Queensland jgħid li ma jistax jiftaħ ‘il-bibien beraħ’ anke wara li 80 fil-mija tan-nies jitlaqqmu, għaliex iridu jkunu protetti l-bqija tal-20 fil-mija u t-tfal taħt it-12-il sena.
  • Amnesty International Australia tgħid li huwa ‘diżappuntanti’ li Amnesty International fir-Renju Unit għażlet li xxerred informazzjoni falza dwar is-sehem tal-Forza tad-Difiża Awstraljani f’xogħol ta’ għajnuna fin-Northern Territory milqut mill-COVID.

STATISTIĊI DWAR IL-COVID:

  • F’Victoria kienu rreġistrati 1,362 każ lokali u seba’ mwiet.
  • Fi NSW kienu rreġistrati 261 każ ġdid fil-komunità. 
  • Fl-ACT kienu rreġistrati tmien każi ġodda.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
 Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand