Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ Victoria jirreġistra l-ogħla numru ta’ każi f’ġurnata waħda fl-Awstrjalja mindu bdiet il-pandemija

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-5 ta’ Ottubru 2021.

Watu wajaa ndani ya jengo lakifalme la maonesho ambako chanjo za COVID-19 zatolewa mjini Melbourne

Watu wajaa ndani ya jengo lakifalme la maonesho ambako chanjo za COVID-19 zatolewa mjini Melbourne Alhamisi, Septemba 2, 2021. Source: AAP Image/Daniel Pockett

  • Hemm eluf ta’ appuntamenti tat-tilqim fil-Victoria
  • Fi NSW, 67.5 fil-mija tan-nies huma mlaqqma kompletament
  • Aktar minn 94 fil-mija tan-nies f’Canberra li għandhom aktar minn 12-il sena huma mlaqqma
  • Fi Queensland irreġistrati żewġ każi lokali ġodda

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 1,763 każ lokali ġdid. Dan huwa l-ogħla numru ta’ każi f’ġurnata waħda fl-Awstralja, mindu bdiet il-pandemija. Erbgħa min-nies mietu.

Il-Premier Daniel Andrews jgħid li hemm eluf ta’ appuntamenti għal min irid jieħu t-tilqima tal-Pfizer, AstraZeneca u Moderna.

Millum, l-industrija tal-konstruzzjoni fetħet mill-ġdid għall-ħaddiema li jkunu mlaqqma biss. Dawn permessi li jerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol, sakemm iseġwu l-gwidi stretti ta’ sigurtà tal-COVID-19.

Ir-reġjun ta’ Latrobe Valley joħroġ mil-lockdown min-nofsillejl illum. 

Hawnhekk issib  ċentru tat-tilqim  viċin tiegħek.

New South Wales

Fi NSW kienu rreġistrati 608 każi ġodda lokali u sebat imwiet.

Total ta’ 88.5 fil-mija tan-nies li għandhom 16-il sena u aktar ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin, waqt li 67.5 fil-mija kienu mlaqqma kompletament sa 11.59pm tal-Ħadd 3 ta’ Ottubru 2021.

L-ordni biex kulħadd jibqa’ ġewwa kienet estiża sal-11 ta’ Ottubru f’Taree, Forster-Tuncurry u Muswellbrook minħabba ż-żjieda ta’ każi f’dawk l-inħawi.  

Ikklikkja hawnhekk biex  tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek  illum.

Australian Capital Territory

Fit-territorju kienu rreġistrati 33 każ lokali ġdid, b’ta’ lanqas 14 minnhom kienu infettivi fil-komunità.

Total ta’ 94 fil-mija tan-nies li għandhom 12-il sena u aktar ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin, waqt li aktar minn 65 fil-mija ħadu t-tieni doża tagħhom.

Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19. 

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • L-Awstralja tinsab fil-mira kif ippjanat li tilħaq 80 fil-mija tal-popolazzjjoni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena li tkun imlaqqma sa nofs Novembru.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory

 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ Victoria jirreġistra l-ogħla numru ta’ każi f’ġurnata waħda fl-Awstrjalja mindu bdiet il-pandemija | SBS Maltese