Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ Victoria jirreġistra rekord ta’ każi ġodda fl-Awstralja f’jum wieħed

Dan huwa l-aġġornament tiegħek dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-8 ta’ Ottubru 2021.

People are seen canoeing at Albert Park Lake in Melbourne, Thursday, October 7, 2021.

People are seen canoeing at Albert Park Lake in Melbourne, Thursday, October 7, 2021. Source: AAP/James Ross

  • L-istat ta’ Victoria jintroduċi mill-ġdid konfini skont il-fruntieri
  • L-Istat ta’ NSW iħeġġeg lil kulħadd biex jaġixxi bi mġieba sigura rigward il-COVID
  • Aktar minn 68 fil-mija tan-nies f’Canberra huma mlaqqma kompletamnt
  • Queensland u SA jnaqqsu r-restrizzjonijiet

Victoria

F’Victoria kien irreġistrat 1,839 każ lokali ġdid u ħamest imwiet.  

Diversi nħawi tal-gvern lokali ġew magħduda mal-konfini tal-fruntieri inklużi Benalla, Greater Bendigo, Buloke Shire, Loddon, Yarriambiack, Hay, Edward River, Lockhart, Murrumbidgee, Wagga Wagga. 

Residenti li għaddew l-aħħar 14-il ġurnata f’dawn il-konfini jistgħu jidħlu u jħallu Victoria mingħajr il-permess.

Hawnhekk issib  ċentru tat-tilqim  viċin tiegħek.

New South Wales

Fi New South Wales kienu rreġistrati 646 każ lokali ġdid u 11-il mewt. Għalhekk in-numru ta’ mwiet totali relatati mal-COVID, fl-imxija preżenti issa huwa 414. 

Fdalijiet tal-virus instabu f’kampjunu tad-drenaġġ f’ Wee Waa fi-reġjun tal-Hunter New England u f’Quirindi u Brewarrina fil-punent ta’ NSW. 

L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant qed tħeġġeġ lil kulħadd biex ikompli jilbes il-maskra, iżomm rekord (checking in) ta’ fejn ikun, iżomm id-distanza soċjali u l-aktar importanti li jiżola lilu nnifsu u jittestja għal COVID-19, jekk jissuspetta li għandu sintomi tal-COVID-19.

Ikklikkja hawnhekk biex  tibbkukkja appuntament għat-tilqima tiegħek  illum.

Australian Capital Territory

Fit-territorju kienu rreġistrati 40 każ lokali. 

Bħalissa hemm 16-il pazjent tal-COVID fl-isptar, inkluż sitta fil-kura intensiva u ħamsa li jeħtiegu l-ventilazzjoni.  

Ikklikkja hawnhekk  biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19.   

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Inħawi tal-gvern lokali ta’ Brisbane, Logan, Gold Coast, Moreton Bay, Townsville (inkluża Magnetic Island), u Palm Island se jingħaqdu mill-ġdid mal-bqija ta’  Queensland skont   it-3 Stadju tar-restrizzjonijiet  mill-4pm tallum, il-Ġimgħa 8 ta’ Ottubru. 
  • Il-lbic ta’ South Australia jerġa’ lura għall-istess livell ta’ restrizzjonijiet bħall-bqija tal-istat, li bħalissa qiegħed skont  l-1 Livell ta’ restrizzjonijiet  b’xi miżuri addizzjonali.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory


Share

Published

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ Victoria jirreġistra rekord ta’ każi ġodda fl-Awstralja f’jum wieħed | SBS Maltese