La Valette Social Centre | 60 sena mit-twaqqif tiegħu

La Valette Social Centre - Photo La Valette Social Centre facebook.jpg

Photo La Valette Social Centre facebook

Is-Sur Mark Caruana mill-kumitat ta’ La Valette Social Centre, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar l-istorja ta’ kif twaqqaf u nbena ċ-Ċentru ta’ La Valette fi Blacktown New South Wales u l-lejla ta’ rikonoxximent li qegħdin jorganizzaw biex ifakkru 60 sena mit-twaqqif tiegħu.


Iċ-Ċentru ta’ La Valette fi Blacktown, New South Wales qed jiċċelebra 60 sena mit-twaqqif tiegħu. Biex jiċċelebraw din l-okkażjoni, qed jorganizzaw lejla ta’ rikonoxximent f'La Valette Social Centre nhar is-Sibt 26 ta` Ottubru 2024.

Iċ-ċelebrazzjoni se tibda b’quddiesa fil-kappella St Francis fil-5pm, u wara, fis-7pm fis-sala ta’ La Valette ikun hemm ikla ta’ tlett korsi, u divertiment mill-kantant, Joe Apap, il-Maltese Concert Band u għana ma` Saver u Vitor il-Bukkett. Kulħadd mistieden li jingħaqad għal din iċ-ċelebrazzjoni speċjali.

Għal biljetti żuru l-websajt lavalette.com.au Għal aktar informazzjoni ċemplu lil Antoinette 0405 249 576.

La Valette Social Centre, 175 Walters Road, Blacktown NSW 2148

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
La Valette Social Centre | 60 sena mit-twaqqif tiegħu | SBS Maltese