X’kienu l-Gwerer Awstraljani u għaliex l-istorja mhix rikonoxxuta?

AusWars_16x9.jpg

The Australian Wars documentary Credit: Blackfella Films

Il-Gwerer tat-Territorju huwa term li ħafna drabi huwa wżat biex jiddeskrivi aktar minn mitt sena ta’ kunflitti vjolenti bejn dawk li ġew jissetiljaw f’dan il-kontinent u l-popli Indiġeni li seħħew waqt l-issetiljar Brittaniku fl-Awstralja. Għalkemm l-Awstralja tonora l-involviment tagħha fi gwerer miġġielda barra l-pajjiż, għadha trid tirrikonoxxi t-taqbida li għamlet l-Awstralja kif nafuha llum.


Punti Ewlenin
  • Il-Gwerer Awstraljani setgħu jkunu rikonoxxuti biss wara li l-proklamazzjoni ta’ ‘Terra Nullius’ kienet legalment sfidata u mibdula.
  • Il-gwerer Awstraljani kienu miġġielda fil-kontinent kollu Awstraljan mill-wasla tal-ewwel flotta fl-1788, sa nofs is-snin tletin tas-seklu l-ieħor.
  • Rekords kolonjali u provi arkeoloġiċi li kienu skoperti minn timijiet ta’ esperti juru l-iskala terribbli tal-konflitt.
TWISSIJA DWAR DAN IL-KONTENUT: Dan l-artiklu u l-podcast fihom referenzi ta’ vjolenza li jistgħu jikkaġunaw niket lil xi nies. 

Meta Captain James Cook wasal l-ewwel darba fuq ix-xtut ta’ dik li issa nafu bħala l-Awstralja, huwa ddikjara din l-art vasta bħala 'Terra Nullius', iġifieri li l-art mhi ta’ ħadd. Madankollu, din il-gżira kontinent kienet id-dar ta’ mijiet ta’ nazzjonijiet u tribujiet ta’ Aboriġini u Torres Strait Islander differenti – mijiet ta’ eluf ta’ nies Indiġeni li f’daqqa waħda kienu meqjusa bħala ‘sudditi’ tal-Kuruna Ingliża.

Dan kien il-bidu tal-Frontier Wars, il-Gwerer tat-Territorju. Dawn kienu kunflitti brutali bejn il-popli Indiġeni u dawk li ġew jissetilja fl-Awstralja li wasslu għall-formazzjoni tal-Awstralja. Din hija storja li għadha kemm bdiet tiġi rikonoxxuta issa.

Rachel Perkins li tipproduċi l-films hija mara ta’ nisel Arrernte u Kalkadoon b’wirt Ewropew. Hija pproduċiet, "The Australian Wars”, serje ta’ dokumentarji li jagħtu dettalji dwar in-natura tat-taqbida li l-popli Indiġeni kellhom biex jiddefendu l-art tagħhom mill-Ingliżi li ġew jissetiljaw f’dan il-kontinent.

Dawn kienu gwerer li kienu miġġielda fl-Awstralja, u kienu gwerer li fil-fatt wasslu għall-istat modern Awstraljan.
Rachel Perkins, Filmmaker.
The Australian wars (Il-Gwerer Awstraljani) kienu miġġielda mal-kontinent kollu, mill-wasla tal-ewwel flotta fl-1788, sa nofs is-snin tletin tas-seklu l-ieħor. Imma dawn il-kunflitti ma kinux mgħallma fl-iskejjel jew sempliċement rikonoxxuti bħala gwerra sa tard is-seklu għoxrin.

Il-Professor Henry Reynolds huwa wieħed mill-istudjużi tal-istorja Awsraljana, l-aktar irrispettati u espert fil-gwerer. Meta beda jgħallem l-istorja fl-1966, kważi ma kien hemm l-ebda referenzi għall-poplu Indiġenu fil-kotba tal-istorja.

“Isemmu l-Aboriġini darbtejn biss, mingħajr dettalji, u l-anqas kien hemm biss referenza fl-indiċi tal-kontenut,” huwa jgħid.

Ara t-trailer għal The Australian Wars:
Il-Professur Reynolds jgħid li dan kien minħabba li l-Gwerer għat-Territorju ma kinux meqjusa bħal gwerra sħiħa f’nofs is-seklu għoxrin, billi l-kunflitt kien simili ta’ gwerra tal-gwerilli.

“Il-fehma kienet li l-ġlied kien żgħir u mifrux biex ikun ikkunsidrat skont il-gravità ta’ gwerra. Ma kienx hemm uniformi tal-gwerra, suldati jimmarċjaw... Lanqas kien każ ta’ formazzjonijiet kbar u battalji fis-sens klassiku ta’ gwerra. Madankollu kien ċar li kienet forma ta’ gwerra.”

Dr. Nicholas Clements, espert ieħor tal-istorja tal-Gwerer tat-Territorju Awstraljan, jaqbel. Huwa jgħid li din l-idea żbaljata hija riżultat tal-ewwel u t-tieni gwerra dinjija, li bidlu il-mod kif il-gwerra tkun meqjusa.

Madankollu, dawn it-tip ta’ gwerer kbar, mhumiex gwerer tas-soltu fl-istorja tal-umanità.

“Dak iż-żmien kienu jafuha bħala gwerra. Id-dokumenti kolonjali kollha jirreferu għaliha bħala gwerra, imma fis-seklu 20 u 21 tlifna l-importanza tagħha. U naħseb li kien hemm wkoll raġunijiet politici għaliex ħafna nies ma jistgħux jidentifikawha bħala gwerra,” jispjega Dr Clements.

Dawk ir-raġunijiet politiċi jmorru lura għall-kontradizzjoni legali bejn il-proklamazzjoni ta’ ‘Terra Nullius’ u l-liġi Ingliża. Nies Aboriġini kienu ddikjarati bħala sudditi tal-Kuruna, għalhekk l-Imperu ma setax “uffiċjalment jiddikjara gwerra... biex jagħmel hekk ifisser li jkun qed jiddikjara gwerra fuq iċ-ċittadini tiegħu stess,” tgħid Rachel Perkins.

“Madankollu, l-Ingliżi użaw forza militari biex jiżguraw li l-okkupazzjoni tagħhom tal-kontinent kienet suċċess,” iżżid tgħid.
 
Frontier War
Frontier conflicts took place across the nation. Source: Supplied / Australian War Memorial Source: Supplied

Mabo u l-bidla ta’ 'Terra Nullius'

Il-Gwerer Awstraljani setgħu jkunu rikonoxxuti biss wara l-proklamazzjoni li ‘Terra Nullius’ kienet legalment sfidata u mibdula, kmieni fis-snin disghin, f’dik li hija magħrufa bħala d-deċiżjoni storika ta’ Mabo.

“Sa dak iż-żmien, il-fehma kienet li l-Aboriġini ma kinux sidien tal-art, għalhekk il-ġlied ma setax ikun dwar il-kontroll tal-art, għax ma kellhomx xi titlu legali tal-art. Wara l-1992 u s-sentenza tal-qorti, in-natura tal-gwerra kellha tinbidel għaliex kienet ċara li l-kwistjonijiet kienu dwar għaliex dejjem isseħħ gwerra: il-kontroll dwar territorju,” iżid jgħid il-Professur Reynolds.

Dr Clements jgħid li n-nuqqas min-naħa tal-Imperu Ingliż li jagħraf li l-poplu Indiġenu huwa s-sid tal-art fl-Awstralja hija anomalija storika.

“Fil-Qalba tal-kolonizzazzjoni Ingliża tal-Awstralja kien hemm idea falza. B’differenzi mill-pajjiżi l-oħra kollha kolonizzati mill-Ingliżi, m’għarfux is-sovranità tas-sidien Indiġeni tal-Awstralja. Minħabba dan, ma kienx hemm ftehim, ma kienx hemm attentat ta’ negozjar man-nies tal-lokal u sallum għadna nsibuha diffiċli minn punt legali li nifhmu x’inhuma d-dirttijiet tagħhom tal-art.”

U dan in-nuqqas ta’ negozjar wassal għal tixrid brutali ta’ demm.

Rekords kolonjali u provi arkeoloġiċi li nstabu minn timijiet ta’ esperti juru l-iskala terribbli tal-konflitt.

Fin-National Museum of Australia (Il-Mużew Nazzjonali tal-Awstralja) biss hemm il-fdalijiet ta’ 400 antenati Aboriġini, li ħafna minnhom juru provi ta’ mwiet permezz ta’ esekuzzjonijiet, qtugħ tal-irjurs u massakri.

Rachel Perkins tgħid li d-dixxendenti ta’ dawk li ħelsuha mill-mewt dejjem jibqgħu jiftakru.
Ħafna nies Aboriġini jġorru l-istorja tagħhom. Nies Aboriġini għaddew l-istejjer tagħhom ta’ dak li ġralhom, dak li ġara lilna, dak li ġara fil-familji tagħna. Għalhekk jien kbirt naf dwar il-massakru ta’ niesi fi Queensland u naf bl-attakk vjolenti fuq il-bużnanna, eċċ.
Rachel Perkins, Filmmaker.
Rachel Perkins - The Australian Wars
Rachel Perkins - The Australian Wars Credit: Dylan River/Blackfella Films

Il-Gwerra Sewda

Il-Gwerra s-Sewda tat-Tasmanja (1824-1831) kienet l-aktar gwerra intensa fil-kunflitt tat-territorju fl-istorja tal-Awstralja.

“Waqt il-Gwerer tas-Suwed, aktar Aboriġini fit-Tasmanja nqatlu min-numru kollu ta’ dawk li tilfu ħajjithom fil-Korea, il-Malasja, l-Indoneżja, u l-Vjetnam f’missjonijiet għaż-żamma tal-paċi flimkien,” tgħid Rachel Perkins fis-serje dwar il-Gwerer Awstraljani.

Dr Nicholas Clements jgħid li l-livell ta’ vjolenza miż-żewġ naħat kien tant kbir, li awtoritajiet kolonjali u dawk li ġew jissetiljaw fl-Awstralja kienu “imwerwra”.

“Ir-reżistenza Aboriġina kienet evidenti. Kulħadd kien jaf lil xi ħadd fid-dinja kolonjali li nqatel jew kien ferut min-nies Aboriġini, li kellhom l-farms tagħhom maħruqa. Kien żmien tal-biża’,” huwa jgħid.

Fil-fatt, nies tal-affari tagħhom kienu qegħdin jaħsbu li jabbandunaw il-kolonja.
Dr Nicholas Clements, Espert tal-Istorja Awstraljana.
Imma l-Ewropej rebħu, u kważi qerdu għal kollox l-Indiġeni fit-Tasmanja.

Il-konfitt intensifika minħabba l-vjolenza sesswali.

“Il-bidu tal-vjolenza, dak li xegħel il-vjolenza, kienet il-vjolenza sesswali,” iżid jgħid Dr Clements.

L-istupru sistematiku u l-ħtif ta’ nisa Aboriġini kienu tant komuni, li r-raġuni li xi tribujiet ta' Aboriġini baqgħu jeżistu kienet l-attakki sesswali fuq in-nisa.

“Huwa b’miraklu li anke baqa’ dixxendenti Aboriġini fit-Tasmanja llum, għaliex kienu kważi nqerdu għal kollox, minħabba l-vjolenza,” jgħid Dr Clements.

What is Native Title explainer NITV Eddie Koiki Mabo
Eddie Mabo with his legal team. Source: SBS Credit: National Museum of Australia

Ġlied bl-istess mod

Biex tingħeleb ir-reżistenza Aboriġina f’ħafna partijiet tal-Awstralja, kolonjonisti ħolqu l-Pulizija Nattiva, forza paramilitari mħarrġa u wżata biex toħloq biża’ u terrur.

“Iddaħħal suldati nattivi, u tużahom bħala forza militari. Bla dubju din kienet forza maġġura biex tegħleb ir-reżistenza tal-Aboriġini,” jgħid il-Professur Reynolds.

L-irġiel kienu jingħataw uniformijiet, armi biex jisparaw, u żwiemel. Dr Clements jemmen li kienu manipulati minn uffiċjali bojod, li użawhom għall-għarfien Aboriġinu tagħhom u l-esperjenza fil-buxx.

“L-imwiet ikkaġunati mill-pulizija nattiva fi Queensland biss kienu eluf kbar. Huwa kkalkulat li l-figura tilħaq minn sittin sa tmenin elf. Dan huwa numru sinifikanti li jitfa’ sħaba kerha fuq dan l-arranġament kiefer,” huwa jgħid.

Australian Aboriginal camp in the nineteenth century
A nineteenth century engraving of an aboriginal camp - Marmocchi Source: Getty Source: Getty
Rachel Perkins kellha tiffaċċja din l-istorja kollha waqt li kienet qed tagħmel serje ta’ dokumentarji dwar l-Gwerer Awstraljani.

“Sibt rekording li sar min-nanna titkellem dwar kif il-familja t’ommha kienet massakrata, li qatt ma kont smajt qabel. Qatt ma kont fil-post fejn ġara dan il-każ u qatt ma sibt fejn seħħ dan, sakemm għamilt din is-serje ta’ dokumentarji,” hija tgħid.

Dr Clements, li l-preċedessuri tiegħu kienu minn dawk li ssetiljaw fl-Awstralja, jemmen li l-Awstraljani kollha, għandhom jgħelbu l-mistħija u jitfgħu dawl fuq l-inġustizzji tal-passat.

“Kemm jekk l-antenati ta’ xi ħadd kienu involuti jew le, aħna lkoll werrieta ta’ art Aboriġina, li kienet art misruqa. Tal-anqas kollha kemm aħna għandna sehem x’nagħtu fil-kxif ta’ din l-istorja, naċċettaw din l-istorja u nagħtu sehem f’futur pożittiv.”

Nowhere was resistance to white colonisers greater than from Tasmanian Aboriginal people, but within a generation only a few had survived the Black War.
Nowhere was resistance to white colonisers greater than from Tasmanian Aboriginal people, but within a generation only a few had survived the Black War. Source: The Conversation / Robert Dowling/National Gallery of Victoria via The Conversation Source: The Conversation / Robert Dowling/National Gallery of Victoria via The Conversation

Għaliex din l-istorja mhix imfakkra?

Il-Professur Reynolds jemmen li l-Awstralja bħala nazzjon li tonora s-suldati li mietu fil-gwerer permezz tal-ħafna momumenti, għandha tirrikonoxxi fil-miftuħ il-fatt li l-Gwerer tat-Territorju ġraw u huma mimlija b’atti kriminali kontra l-umanità.

“X’inhi r-raġuni li ma nistgħux naslu biex naċċettaw l-gwerer tal-Awstralja?” huwa jistaqsi.

“Dan mhux il-każ fl-Istati Uniti. Huma jgħarfu uffiċjalment il-kunflitt kollu mal-[Amerikani Nattivi] bħala gwerer. Lanqas mhu l-każ fi New Zealand tal-gwerer tal-Maori li dejjem kienu parti importanti mill-istorja.”

Rachel Perkins tgħid li r-raġuni għal din l-anomalija hija sempliċi.

“L-Awstralja hija wieħed mill-postijiet uniċi fid-dinja, fejn il-kolonisti ma telqux mill-pajjiż,” hija tgħid.

Il-kolonisti jew dawk li ġew biex jissetiljaw magħhom baqgħu fil-poter, għalhekk naħseb li dan jagħmilha daqsxejn diffiċli għan-nazzjon li jagħraf jew jiċċelebra lil dawk li ddefendew il-pajjiż għaliex il-forza tal-okkupazzjoni kolonjali ma telqitx!
Rachel Perkins, Filmmaker.
Dr Clements jemmen li l-frażi ‘biex ma ninsewx’ li nużaw ta’ spiss biex nonoraw is-suldati li tilfu ħajjithom fil-battalji, għandha tkun estiża għal dawk il-ġellieda li ġġieldu kontra l-okkupazzjoni Ingliża tal-artijiet tagħhom.

“Inħossni ferm aktar kburi jekk pajjiżi jirrikonoxxi b’kuraġġ il-passat tiegħu, dak li sar ħażin lill-predeċessuri tiegħu, u jikkommetti ruħu kompletament biex jikkoreġi dak il-ħażin mill-aħjar li jista’ fil-futur. Irrid lit-tfal tiegħi jikbru f’ambejnt fejn il-wirt Aboriġinu jkun preżenti u huwa rikonoxxut.”

The Australian Wars tinsab fuq SBS On Demand. Is-serje tista' tkun segwita wkoll permezz ta' deskrizzjonijiet tas-smigħ/sotto titli għall-għomja jew udjenzi neqsin mid-dawl.
This content was first published in September 2022.

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand